CHARLES CAMILLERI lyrics : "Pawlu ta' Malta"
Il-kotra tal-Lhud kollha
jiftakru jien min jien.
Kont Farizew li l-ligi
haristha sew f'kull zmien.
U llum ninsab quddiemek
ghax nemmen fil-Mulej,
is-sid ta' dak li gara,
l-Imghallem ta' li gej.
Fil-bidu halaq kollox,
kien dejjem, ma jmut qatt.
Dan Alla mohbi, wiccu
ma jista' jilmhu hadd.
Xandart li Alla tieghi
qed ighajjex lill-hajjin,
xandart ukoll li ghada
se jqajjem lill-mejtin.
Hdimt hafna biex tinqered
il-kelma ta' Gesu'.
Illum ninsab quddiemek
biex nghidlek dan min hu.
Ghalkemm riedu joqtluni
u rajt l-ehrez tigrib,
jien kullimkien u dejjem
inxandar is-Salib.
6. It-Twiddiba u T-Talba
Festu:
Mignun! Dan l-gherf li ghandek
se jwasslek biex tiggennen,
Pawlu:
M'iniex mignun. Jien qieghed nghid is-sewwa,
u jiena naf, Sultan, li inti temmen
fil-kelm tal-Mulej li tirbah kollox.
Jien nitlob 'l Alla tieghi
li qieghed nghix ghalih
biex inti taghmel bhali
u tibda temmen fih.
Jien nitlob 'l Alla tieghi li jhares lejk ukoll,
u nitlob, nitlob dejjem,
ghalina lkoll, ilkoll.
Submit Corrections